L-ahbarijiet kollha /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
Il-Katalonja sejra tipprojbixxi t-tipjip fil-bars u fir-ristoranti kollha
20/08/2005
Kif dawk li mexxew il-kampanja kontra t-tabakk ħolqu l-Jum Dinji Mingħajr Tabakk, il-Katalonja qalet li qiegħda tippjana li tadotta miżuri sabiex trażżan it-tipjip aktar stretti minn dawk li huma dovuti li jiġu infurzati f’liġi fuq skala nazzjonali dwar il-konsum tat-tabakk.
Il-gvern reġjonali Katalan, fil-Grigal ta’ Spanja, għandu jipprojbixxi t-tipjip fil-bars u fir-ristoranti, bl-istess mod iebes kif għamlu l-Irlanda, l-Olanda u n-Norveġja. Spanja hija mistennija li tintroduċi liġi kontra t-tipjip fuq skala nazzjonali minn Jannar tas-sena d-dieħla. Sejra timponi fuq is-sidien tal-bars u tar-ristoranti ta’ aktar minn 100 m² sabiex ikollhom l-arja kkundizzjonata u żoni li fihom ma jistax isir tipjip li jkopru għallinqas 70% ta’ l-erja ta’ l-istabbiliment. Ix-xegħil ta’ sigarett fuq il-post tax-xogħol huwa pprojbit ukoll. Il-bejgħ ta’ sigaretti lil dawk li għandhom inqas minn16-il sena se jkun ikkastigat b’multa.

Source:
EFE / Expatica,
31 ta’ Mejju 2005
http://www.expatica.com/source/.../restaurants
 20/31