L-ahbarijiet kollha /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
SITAB Taljan beda spot pubbliċitarju ġdid fit-tieni “Jum Kommemorattiv” Internazzjonali għall-vittmi tat-tabakk
23/09/2005
L-Italja sejra tipparteċipa fit-tieni “Jum Kommemorattiv” Internazzjonali għall-Vittmi tat-Tabakk, maħluq mill-organizzazzjoni Amerikana, dawk li Baqgħu Ħajjin mit-Tabakk (www.TobaccoSurvivorsUnited.org). Is-Soċjetà Xjentifika Taljana tat-Tabakkoloġija (SITAB - Societa' Italiana di Tabaccologia), qiegħda torganizza laqgħa fil-Lukanda Hilton ta’ l-Ajruport ta’ Ruma.

139 direttur tas-servizzi Taljani tat-trattament tat-tabakk sejrin jipparteċipaw f’dan l-avveniment sabiex janalizzaw u jaqsmu r-riżultati ta’ l-aktar studju Taljan importanti dwar it-trattament għan-nies li jpejjpu. L-ispot pubbliċitarju ġdid sejjer jibda matul il-laqgħa.

Il-filmat jibda’ b’persuna li tpejjep tagħmel azzjoni normali: qegħda tixtri s-sigaretti minn magna. Din il-persuna titfa’ l-muniti, tagħżel it-tip mixtieq, u tistenna. Madankollu, minflok ma tagħti l-pakkett, il-magna tibda’ tisgħol u tieħu n-nifs b’diffikultà, biex imbagħad tgħid: “Jekk jogħġbok agħżel prodott ieħor jew ħu l-bqija tiegħek. Grazzi u saħħa”, - u tħalli lill-persuna li tpejjep mistagħġba sewwa. Hemm it-tama illi din il-persuna taħseb fuq il-ħsara kkawżata mit-tipjip qabel ma tipprova terġa’ tixtri s-sigaretti.

Il-kampanja tadotta ton ironiku u surrealistiku sabiex toħloq impatt fuq in-nies billi turi b’mod ċar l-effetti tat-tipjip. L-impatt tagħha jinsab fil-kunċett strateġiku illi juri, b’mod viżiv, dikjarazzjoni illi kull persuna li tpejjep taf:“It-tipjip joqtol”.
 19/31