“In-numru ta’ studenti li jpejpu naqas bin-nofs bejn l-2001 u 2005”, jifraħ Bertrand Dautzenberg, tabib tar-respirazzjoni u president ta’ “Paris sans tabac (PST)”, Pariġi ħielsa mit-tabakk. Dan it-tnaqqis drastiku kien ugwalment b’saħħtu għall-bniet daqs kemm kien għas-subien, skond riċerka annwali mwettqa mill-1991.
“Id-dehra tas-sigaretti nbidlet”, jargumenta professur ta’ AP-HP (Assistance Publique - Hôpitaux de Paris). “Qabel, it-tipjip kien in-norma. Mill-bidu tal-kampanji informattivi , qiegħed jiġi kkonsidrat bħala pollutant li jagħmel il-ħsara.” Fil-fatt, numru dejjem jikber ta’ żgħażagħ taħt is-16-il sena m’għadhomx jaqgħu għat-tentazzjoni tas-sigaretti. Hemm madwar 80% anqas ta’ dawk li jpejpu li għandhom bejn it-12 u t-13-il sena, u 61% anqas bejn dawk li għandhom bejn l-14 u l-15-il sena. Din l-università tipprova tirrispetta l-‘liġi Evin’ u tipprojbixxi tipjip f’postijiet bħall-btieħi. Post wieħed biss hu riservat għall-‘ivvizzjati’. “Imma tant hemm dħaħen li jkollok aptit tirremetti,” tinnota Carole, li waqfet tpejjep. Il-maġġoranza tal-kulleġġi u ta’ l-iskejjel ta’ edukazzjoni sekondarja huma postijiet ħielsa mit-tipjip, anke jekk ċerti avviżi xi kultant jindikaw spazju (għat-tipjip) għal nies akbar. Is-sitwazzjoni hi aktar problematika fl-universitajiet. Tlieta biss minn 17–il kampus Franċiż li kienu mistħarrġa qiegħdin jiġġieldu biex jipprojbixxu t-tabakk. Iżda għall-ewwel darba, 65% ta’ l-istudenti li jpejpu qalu li jaċċettaw universitajiet ħielsa mit-tipjip. Madankollu, l-effett ta’ dawn il-miżuri preventivi jista’ jkun diġà spiċċa. Il-bejgħ tas-sigaretti żdied bi ftit fl-2005, kif ukoll żdiedu r-rati ta’ tipjip fost iż-żgħażagħ.
Le Figaro, 20 ta’ April 2005.
http://www.lefigaro.fr |