Rapporti
Jum dinji bla tabakk 2005
25/05/2005
Il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa qegħdin f’qagħda idejali biex jagħtu s-sehem tagħhom dwar il-kontroll tat-tabakk (tipjip) madwar id-dinja. Il-“World No Tobacco Day 2005” (Jum Dinji Bla Tabakk 2005) qed timira fuq din il-konkorrenza hekk importanti. L-Unjoni Ewropea, bix-xogħol leġiżlattiv tagħha, bl-għajnuna tal-proġetti u l-bdil ta’ eżerċizzji ġodda qed tgħin biex timbotta ‘l quddiem is-sehem importanti ta’ dawn il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa fuq il-kontroll tat-tabakk biex jieqaf it-tipjip. Il-kampanja ġdida kontra t-tipjip “HELP – Għall-Ħajja Bla Tabakk” imtella’ mill-UE se tisieħeb mal-“2005 World No Tobacco Day” (Jum Dinji Bla Tabakk 2005) billi se tagħmel parti minn kampanja kbira televiżiva fejn se tinkludi u ssemmi l-25 stat membru tagħha.

Introduzzjoniy
Bħal issa madwar id-dinja kollha, numru kbir ta’ persuni,1.3biljuni, qed jużaw it-tabakk, filwaqt 4.9 miljun persuni mmutu kull sena kawża tat-tipjip. Nofs dawk kollha li qed jużawit-tabakk eventwalment se mmutu kawża ta’ mard relatat mat-tabakk. Sa sena 2030, skond it-tbassir tal-‘World Bank’, it-tipjip se joqtol 1 minn kull 6 adulti minn madwar id-dinja kollha(1). Għalkemm kważi 70% ta’ dawn l-imwiet iseħħu f’nazzjonijiet żviluppati, l-użu tat-tabakk kien u għadu s’issa l-problema inkwetanti rigward is-saħħa ġewwa l-Ewropa. Din hi it-tieni l-akbar kaġun ta’ imwiet fl-Ewropa u l-kawża ewlenija ta’ imwiet, li tista’ titwaqqaf, ta’ madwar id-dinja kollha. Il-gvernijiet u kull min jagħmel il-liġijiet qegħdin fid-dmir li jipprovaw iwaqqfu dawn l-imwiet billi bis-sehem importanti tal-professjonisti li għandhom setgħa kbira fuq il-kontroll tat-tabakk, ikunu jistgħu jinfurmaw lis-soċjeta’ b’dawn il-fatti tant koroh. Dawn għandhom il-fiduċja sħiħa u l-appoġġ tal-poplu kollhu kif ukoll tal-media li b’hekk ikunu jistgħu jilħqu l-oqsma kollha soċjali, ekonomiċi kif ukoll politiċi. Billi dawn il-professjonisti qegħdin f’kuntatt dirett ma’ numru kbir tal-poplu, huma ikollhom iċ-ċans biex jgħinu lil dawn in-nies ibidlu l-ħsieb tagħhom dwar it-tipjip. Dawn ukoll ikunu jistgħu jagħtu pariri, iservu ta’gwida u jkunu jistgħu wieġbu xi mistoqsijiet dwar il-konsegwenzi/l-effetti u l-ħsarat kawżati mill-użu tat-tabakk. Barra minn hekk jistgħu jgħinu lill-pazjenti tagħhom biex jieqfu mit-tipjip u jwissu lit-tfal u ż-zgħażagħ dwar il-perikli tat-tipjip. Ċertu stħarriġ juri li anki konsultazzjonijiet qosra dwar il-perikli tat-tipjip u l-ħtieġa li wieħed jieqaf ipejjep minn dawn l-stess professjonisti hu wieħed mill-modi l-aktar effetivi u konvenjenti biex jista’ jonqos it-tipjip(2).

Il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa jistgħu jgħinu fil-livelli kollha. Fl-livell individwali, dawn jistgħu jgħallmu/ jedukaw lill-poplu dwar il-ħsara mill-użu tat-tabakk u kif jistgħu jiġġieldu biex jirbħu fuq dan il-vizzju tant ikrah. Ċertu direttivi ġew ippubblikati biex jgħinu lil dawn il-professjonisti fix-xogħol tagħhom aħjar fil-ġlieda kontra it-tipjip(3). Fl-livell ta’kommunita’, huma jistgħu jħejju pjanijiet biex jappoġġaw l-idejat u l-isforzi biex ikun hawn postijiet tax-xogħol ħielsa mit-tipjip u ikomplu jagħtu tagħrif u jipprovdu meżżi biex jgħinu lil dawk kollha li jixtiequ jieqfu jpejpu. Fl-aħħar, fuq livell soċjali, huma jistgħu komplu isaħħu s-sehem tagħhom fil-ħidma kontra il-ġlieda tat-tipjip billi jssemmu leħenhom fuq skala nazzjonali u globali, kif ukoll iżiedu l-pressjoni fuq miżuri ta’ taxxi ta’ tabakk u bdil fil-liġi kontra t-tipjip billi nagħtu importanza kbira lill-proġetti bħal ‘World No Tobacco Day’ u l-‘Who Framework Convention on Tobacco Control’ (WHO FCTC). Pereżempju, dan l-aħħar,petizzjoni minn madwar l-Ewropa kollha ġiet introdotta minn dawn il-professjonisti tas-saħħa biex ikunu jistgħu rażnu l-postijiet fejn wieħed jista’ ipejjep għalhekk ikun hemm protezzjoni sħiħa favur min ma jpejjipx kif ukoll tinforza l-istruttura ta’ ideat tal-‘WHO’ fuq il-kontroll tat-tabakk.

Fuq kollox, soċjeta’ b’saħħitha għandha tirrifletti u timxi fuq dan l-eżempju ta’ dawn il-professjonisti. Organizzazzjonijiet ta’ professjonisti tas-saħħa jistgħu juru tmexxija soda f’din il-kampanja u għalhekk ikunu ta’ mudell għal ħafna għaqdiet oħrajn u għas-soċjeta’. Billi iħejju u jaħdmu favur postijiet tax-xogħol u kultura/ħajja bla tipjip, huma jkunu qed jagħtu eżempju lill-pazjenti tagħhom biex dawn ta’ l-aħħar jieħdu dan il-parir/ l-eżempju għax fuq kollox hu siewi għall-saħħithom.

Paragun fil-Proġetti dwar din il-Kampanja kontra t-Tipjip madwar l-EwropaBla dubbju, wieħed mill-aktar modi effettivi li nistgħu napplikaw biex inwaqfu t-tipjip hu billi timpedixxi l-biegħ tal-prodotti tat-tabakk minn ġo ħwienet li bigħu prodotti tas-saħħa. Numru ta’ pajjizi ġewwa l-UE bħal Polonja, il-Greċja, Spanja u l-Estonja, illum fil-preżent waqfu għal kollox il-biegħ u l-pubbliċita kollha tal-prodotti tat-tabakk minn ġo dawn il-ħwienet.L-‘International Network of Health Promoting Hospitals’ u l-‘European Network of Smoke- Free Hospitals’ li jagħtu is-servizz tagħhom kważi l-istati membri kollha tal-UE, qed jaħdmu biex irażnu t-tipjip fil-postijiet li jagħtu servizzi għall-kura tas-saħħa, kif ukoll qed jagħtu għajnuna biex wieħed jista’ jieqaf ipejjep. Barra minn hekk dawn qed iħeġġu wkoll lill-stess professjonisti biex jieqfu jpejpu. Professjonisti tas-saħħa Maltin qalu li b’din l-introduzzjonital-liġi kontra t-tipjip f’postijiet pubbliċi għenet biex in-numru tan-nies li jieqfu pejpu kompli jikber(4). Imħabba dan ir-riżultat, ħafna pajjiżi qed japplikaw din il-liġi filwaqt oħrajn, f’żmien qasir, se jniedu din l-stess liġi biex irażnu it-tipjip ġo postijiet tax-xogħol, pubbliċikif ukoll fuq it-trasport pubbliku.

Kemm Malta kif ukoll l-Isvezja għandhom għaqdiet tas-saħħa żgħar magħmula minn professjonisti bħal tobba, dentisti, infermieri, għalliema, spiżjara u psikologi li kollha jaħdmu kontra it-tipjip. F’Malta, waħda minn dawn l-għaqdiet flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa għadhom kemm niedu programm ta’ appoġġ għal min waqaf ipejjep billi fetaħ kliniki biex jgħinu lil dawn l-istess persuni f’din il-ġlieda kontra t-tentazzjoni għat-tipjip. Id-Dipartiment ta’ Pubbliċita tas-Saħħa jħejji konferenzi edukattivi u taħriġ biex jinforma li dawn il-professjonisti fuq it-tibdil u l-isfidi kontinwi li jistgħu jaffaċċjaw fil-ġlieda kontra il-waqfien mit-tipjip. Fl-Isvezja, għaqdiet bħal ‘European Nurses & Midwives Against Tobacco’ u‘Health Professionals Against Tobacco’ qed jaħdmu fuq il-problemi tal-kontroll tat-tabakk billi kkunsidraw l-opinjoni pubblika u l-iżvilupp professjonali ġewwa pajjiżhom. Għaqdiet bħal dawn ukoll jagħtu is-saħħa, l-appoġġ lill-professjonisti biex ikunu jistgħu jużaw ideat aktar iebsin kontra t-tipjip kif ukoll il-forza biex jgħinu lill-pazjenti fil-ġlieda twila tagħhom kontra t-tipjip. Fl-Isvezja kif ukoll fil-Filandja, aktar minn żewġ terżi ta’ dentisti qalu li hu fid-dmir tagħhom li jħeġġu lill-pazjenti tagħhom biex jieqfu jpejpu(5). Fir-Renju Unit, l-‘NHS’ niedetservizz ferm effettiv l- ‘Stop Smoking Service’ li jgħin b’informazzjoni, appoġġ, pariri lil dawk kollha li jridu jieqfu jpejpu.

Il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa ghandhom dejjem iżżommu lilhom nnifishom aġġornati bl-aħħar tagħrif biex ix-xogħol u servizz tagħhom dejjem jitjib. Taħriġ ġdid kif wieħed jista’ jgħin u jagħti pariri biex jieqaf it-tipjip dejjem se jibqa issir għal kull min għadu ma spiċċax l-istudji universitarji f’ dan il-qasam, kif ukoll għal dawk kollha li ggradwaw għax dan jgħin b’mod mill-aktar effettiv waqt il-konsulta ma’xi pazjent li jixtieq jieqaf ipejjep. Imma dan it-taħriġ ivarja minn pajjiż għal ieħor. Fl-Estonja, it-tobba huma imħarġa ukoll kif jagħtu pariri lil min ipejjep kif jista’ jieqaf. Fl-stess ħin, l-Estonja qed timira li sa l-aħħar ta’ sena 2005, ikollha għalanqas uffiċċju wieħed ta’ konsulenza b’nies professjonisti u esperti f’kull wieħed mill-15-il pajjiż tagħha biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lil min irrid jieqaf ipejjep. Filwaqt fil-Litwanja, mis-sena 1995, l-istudenti li jattendu l-Universita’ prinċipali tal-Mediċina, bdew jirċievu tagħrif u lezzjonijiet kif jistgħu jevvitaw it-tipjip u wkoll kif jistgħu jgħinu lil min irrid jieqaf ipejjep. Ġewwa l-Ġermanja, qed tingħata aktar importanza fuq tagħrif u servizz lil dawn it-tobba u l-professjonisti li forsi ma għandhomx daqshekk esperjenza f’din il-problema tat-tabakk ħalli b’hekk ikunu jistgħu jittrataw dawn il-problemi aħjar.

Li ngħallmu u nfurmaw lill-pubbliku speċjalment li-tfal, lill-adolexxenti u lill-adulti żgħażagħ tagħna, dwar il-kampanja kontra it-tipjip hi meqjusa importanti ħafna għalhekk is-sehem ta’ dawn il-professjonisti hi meħtieġa ħafna. Fil-Greċja, dawn il-gruppi ta’ nies qed jinagħtaw priorita’ akbar speċjalment lit-tfal fejn dawn il-professjonisti qed jagħrfu lit-tfal dwar il-perikli, il-ħsara u il-kilba/adikxin tat-tipjip, għat-tipjip meta wieħed jibda ipejjep. Fl-Svezja, Spanja u Slovakja, dawn il-professjonisti tas-saħħa qed jaħdmu id f’di ma’ l-iskejjel biex issaħħu l-kurrikulu b’tagħrif dwar kemm hu importanti li jgħixu ħajja b’saħħitha aħjar jekk tkun mingħajr tabakk biex b’hekk ikun hemm aktar kontroll fuq l-użu tat-tabakk. Imma f’Spanja u fl-Slovakja dan ix-xogħol għadu ma bediex issir kullumkien. F’Ċipru, il-kampanji kontra it-tipjip qed jiġu immirati l-aktar lejn iż-żgħażagħ u nisa tqal. Filwaqt, fl-Estonja l-‘National Institute for Health Development’ niedit kampanja kemm xejn kompetitiva fl-iskejjel biex jieqaf it-tipjip billi xi kultant ikun diffiċli għal dawn l-istudenti jieqfu ipejpu imħabba l-stress ta’ min hu fuqhom.

Problemi li jistgħu jostakolaw is-Suċċess ta’ dawn il-Proġetti

Inkejja li qed jittieħdu miżuri kbar biex insolvu il-problema tal-kilba/ adikxin għat-tabakk, f’ħafna mill-pajjiżi ġewwa l-Ewropa għandhom żewġ ostakoli kbar biex iniedu din il-kampanja kontra it-tipjip li huma ta’ natura finazjarja. L-ewwel waħda hi ta’ taxxa fuq il-prodotti tat-tabakk u l-oħra hi dik ta’ kif se tikseb id-differenza fi flus biex tgħin fil-kura ta’persuni li għandhom bżonn xi tip ta’ trattament.

L-‘World Health Organisation’ u l-‘World Bank’ qed jaħsbu li jekk ikun hemm żieda ta’ 10% fil-prezz tas-sigaretti madwar 42 miljun persuna tieqaf tepjep minn madwar id-dinja kollha(6).It-taxxi miġbura minn fuq il-prodotti tat-tabakk juru li prezzijiet tas-sigaretti minn pajjiż għal ieħor ġewwa l-UE huma differenti. Pereżempju, sigaretti nixtrijin mill-Lussemburgu huma tlett darbiet irħas minn dawk mibjunin ġewwa ir-Renju Unit (7). Imħabba dan il-fatt il-Lussemburgu qed jiġbed lejh numru kbir ta’ nies li pejpu minn nazzjonijiet ta’ madwaru. Imma f’Franza, billi kien hemm żieda fil-prezz tas-sigaretti matul dawn l-aħħar snin, in-numru kbir ta’nies li xtaqu jieqfu pejpu żdied. Il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa jistgħu jużaw is-sehem importanti tagħhom billi jagħmlu pressjoni fuq il-gvernijiet biex ibidlu is-sistemi ta’ taxxi fuq il-prodotti tat-tabakk.

Il-prezz għoli biex tikseb jew tieħu trattament jew kura kontra il-vizzju/adikxin tat-tabakk tista’ tkun waħda mill-akbar ostakoli li hemm f’dawn il-proġetti. It-tipjip huwa mifrux l-aktar fost dawk li għandhom riżorsi limitati.Għalhekk il-ħlas ta’ din il-kura biex jieqfu jpejpu ma għandiex tiġi imċaħda. Bħalissa ma hemmx l-ebda consensus regward il-prezz ta’ kura kontra it-tipjip ġewwa l-Ewropa. Pereżempju, f’Malta, kliniki li jagħtu kuru biex jieqaf it-tipjip huma b’xejn, bla ħlas u faċli biex wieħed imur fihom għalhekk aktar iħajru li dak li jkun biex jieqaf ipejjep. Fir-Renju Unit, l-‘NHS’ qed tipprovidi għajnuna diversa biex jieqaf it-tipjip bħal terepija li tgħin lil dawk li waqfu pejpu joqgħodu mingħajr nicotina. Din hi kura li tingħata fuq riċetta tat-tabib li tkun b’xejn għall-anzjani kif ukoll għal dawk li għandhom dħul baxx. Imma f’pajjiżi bħal Spanja, il-Germanja u l-Slovakja, l-għajnuna farmakoloġika mhix b’xejn. Il-konsegwenzi ta’ dan huma pereżempju fil-Germanja, 25% biss tat-tobba isaqqsu lill-pazjenti tagħhom dwar il-vizzju tat-tipjip u inqas minn 5% tat tobba jagħtu pariri kif dawn jistgħu jieqfu ipejpu. Ir-raġuni għal din il-qagħda hi imħabba nuqqas ta’ appoġġ lejn it-tobba, nuqqas ta’ ħin u riżorsi għal dawn il-professjonisti f’dan il-qasam ta’ kura kontra il-vizzju/adikxin tat-tabakk. In-nuqqas ta’ riżorsi f’Slovakja kienu l-akbar problema fil-proġetti rigward il-kilba/adikxin għat-tabakk imma diversi proġetti oħrajn kellhom suċċess. Imma dawk li jerġgħu jibdew ipejpu jista’ ikun numru kbir għax ma jkunx hemm biżżejjed appoġġ u għajnuna morali.

Fl-aħħar, stħarriġ u tagħrif lill-pubbliku mhux dejjem hu konsistenti fil-pajjiżi Ewropej. Għalkemm proġetti dwar stħarriġ fuq l-effett ta’ dawn il-programmi rigward il-waqfien mit-tipjip se jibdew dalwaqt ġewwa Spanja u ġewwa Ċipru, xorta waħda hemm nuqqas ta’ informazzjoni biex ikun hemm riżultati tajbin fuq dawn il-proġetti.

Sommarju

Il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa għandhom sehem importanti ħafna fil-kampanja biex innaqqsu t-tipjip. Għaqdiet żgħar magħmula minn dawn il-professjonisti qed iħallu impatt pożittiv fuq id-deċiżjonijiet, ideat u l-ħsibijiet ta’ dawn il-proġetti u dawn l-istess għaqdiet se ikomplu ssaħħu t-taħriġ u t-tagħlim tagħhom biex ikun hawn professjonisti fil-qasam tas-saħħa mill-aqwa. Imma dawn l-għaqdiet ma jistgħux jaħdmu mingħajr l-appoġġ tal-pajjiżi membri fl-UE. Ghaldaqstant, il-professjonisti nnifushom huma imħeġġa biex jieqfu jpejpu u b’hekk ikun ta’eżempju għall-pubbliku li jitħajjar jieqaf ipejjep, ifittex l-għajnunau wkoll dawn il-professjonisti ikun jistgħu ikollhom organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom b’fondi li jintużaw f’din il-kampanja kontra it-tipjip.

Informazzjoni fuq il-kampanja ġdida nnieda mill-UE kontra it-tipjip, il-‘HELP – For a life without tobacco’ u l-attivitajiet li qed issiru f’dan il-qasam rigward il-kontroll fuq it-tabakktista’ tinsab fuq il-websejt tal-Kummissjoni:

http://europa.eu.int/comm/health/.../tobacco_en.htm

Tagħrif meħud minn:

(1) Economics of Tobacco Control: Curbing the Epidemic: Governments and the Economics of Tobacco Control. World Bank Development in Practice Series, 1999, Washington DC

(2) Sarajevo. Doctors must stub out smoking. StudentBMJ 2004; 12: 89-132

(3) Raw et al., Thorax 1998; 53 (suppl 5): S1-S18 and BMJ 1999; 318

(4) Health Promotion Department, Malta, 15 November 2004.

(5) Allard, RHB. Tobacco and Oral Health Opinions of EU-dentists. A 1998 survey. Presentation at the 3rd meeting of the EU Working Group on Tobacco and Oral Health, Dublin, May 1999.

(6) http://www.who.int/inf-pr-2000/en/pr2000-53.html

(7) Montes and Villalbí. The price of cigarettes in the European Union. Tobacco Control 2001; 10: 135-136

Kummenti:
Dan ir-rapport ġie mħejji fuq tagħrif mill-aktar preċiż mill-membri kollha tal-Għaqdiet Ewropej Magħqudin favur il-Prevenzjoni tat- Tipjip (April 2005).
- “ Dawn l-opinjonijiet espressi/ddikjarati f’dawn iċ-cirkostanzi ma għandhomx ikunu meqjusa bħala l-pożiżżjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.
- Il-bidu u l-ġbir ta’ dan it-tagħrif se jagħmlu parti mill-kontenut ewlieni.
- Bħala parti minn din il-kampanja ġdida kontra it-tipjip “HELP – Għal Ħajja Bla Tabakk” li ġiet inawgurata mill-Kummissjoni Ewropea, se tgħaddi rapporti lill-istampa (minn April sa Novembru) biex dawn dejjem ikollhom tagħrif siewi relatat mas-saħħa biex b’hekk din tkun tista’ tissaħħah, tittwal u isir aktar effettiva fil- miżuri tagħha.

 5/5