|
|
 |
|
| Rapporti |
HELP : Għall-Ħajja Bla Tabakk
It-tassazzjoni fuq il-prodotti tat-tabakk ġewwa l-UE
15/02/2006
|
It-tassazzjoni tibqa´ l-aktar mod effettiv u sostenibli biex tnaqqas il-konsum tat-tabakk, imma l-effett skoraġġanti kien imdgħajjef b´riżultat fit-tbaxxija fil-prezzijiet tas-sigaretti ta´ ċertu marka., żdied ix-xiri minn pajjiżi oħra, il-kuntrabandu, kummerċ qarrieqi ut-tabakk mkebbeb.
Il-Kommunita´ Ewropea għandha storja twila ta´ 30 sena fejn ila tirregola it-taxxi fuq il-prodotti tat-tabakk: Waqt li progress sar biex it-taxxi fuq il-prodotti tat-tabakk ikunu xirqa skond il-ħtigijiet tal-UE, xorta waħda tibqa´ preokkupazzjoni kbira li l-prezz u it-taxxi fuq prodotti tat-tabakk ġewwa il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ivarjaw.
Pereżempju, . F´ Jannar 2006, il-prezz ta´ pakkett sigaretti ta´ marka internazzjonali ġewwa l-Latvja kien ta´ 1,07 ewro filwaqt ġewwa r-Renju Unit kien madwar 7,50 ewro. Il-prezz ivarja. . F´Lulju 2005, il-percentaġġ tat-taxxi fuq il-prezz tas-sigaretti l-aktar popolari kien ivarja minn 60% ġewwa l-Latvja għal 80% f´Franza(1).
Skond l-Bank Dinji, żidied fil –prezzijiet huma d-deterrent l-aktar effettiv u konvenjenti biex tieqaf tpejjep – speċjalment għaż-żgħażagħ u oħrajn bħalhom li għandhom dħul baxx u li huma, imħabba neċċessita ta´ ħajjithom, l-aktar konxji minn dawn iz-zidied fil-prezz tas-sigaretti. Żieda fil-prezz b´10% tnaqqas il-konsum tat-tabakk b´madwar 4% fil-pajjiżi b´dħul għoli (2). Il-prezz jeffettwa kemm li min se jibda ipejjep kif ukoll lil dawk li riedu jieqfu. Parikolarment li dawk li jpejpu bħalissa, l-effett taż-żieda permanenti fil-prezz tas-sigaretti se tkun aktar ikbar fi tul taż-żmien milli wieħed qasir għax min għalih in-nikotina hija bħal droga se iddum iżjed biex ibiddel l-għemil tiegħu jew tagħha dwar it-tipjip.
Il-prezz tas-sigaretti żdied drastikament f´ħafna mill-pajjiżi Ewropew, bħal Franza, il-Ġermanja u l-Olanda. L-impatt taż-żieda fil-prezz tas-sigaretti tista´ tintwera sew bl-eżempju ta´ Franza. F´1999 sa 2003, f´Franza n-numru ta´ nies li pejpu naqqas b´12%. Aktar nies li jpejpu xtaqu li jieqfu jpejpu u għalhekk f´2003 il-prezz kien ir-raguni ewlenija għaliex ħafna min kien ipejjep xtaq jieqaf ( imqabbla mas-sena 1999 din ir-raġuni kienet f´raba´ post) (3).
Għalkemm hemm provi li juri li taxxi għolja jgħinu biex ikun hemm nuqqas fil-konsum ta-tabakk, l-effett tat-taxxi fuq il-ġlieda kontra t-tipjip kienet imdgħajfhaimħabba dawn il-fatturi:
1. Minflok is-sigarett lest wieħed jagħmel is-sigarett billi jirrombla it-tabakk hu stess.
F´ħafna mill-pajjiżi tal-UE, it-taxxa hi inqas meta tirrombla it-tabakk int stess milli tixtri s-sigaretti lesti. Żieda fil-prezz tas-sigaretti setgħat ġabet din il-bidla mis-sigaretti għar-romblar tat-tabakk biex ikollok is-sigaretti. Pereżempju, f´2004, f´Franza, kien hemm żieda ta´ 12% fil-biegħ tat-tabakk biex tirrombla għas-sigaretti(4).It-taxxa fuq dan it-tabakk tar-romblar għandha tkun l-stess bħal dik tas-sigaretti l-oħrajn biex b´hekk tevita li jkun hemm bdil fil-prodotti oħrajn tat-tabakk.
2. Żieda qawwija f´xiri irħas f´pajjiżi ġirien.
L-effett taż-żieda fil-prezz kienet imdgħajfha billi żdied ħafna bix-xiri irħas tal-prodotti tat-tabakk mill-pajjiżi ġirien. Dan ix-xorta ta´ xiri ssir, pereżempju, bejn il-Filandja u l-Estonja. Hu stimat li madwar 2.5 miljuni vjaġġ issiru kull sena bejn il-Filandja u l-Estonja għal dan it-tip ta´ xiri. Il-biegħ tas-sigaretti ġewwa l-Lussemburgu (popolazzjoni ta´ 450,000 persuna) żdied imħabba ż-żieda fit-taxxi fil-pajjiżi ġirien (il-biegħ tas-sigaretti fl-2003,minn 5.6 biljuni tela´ għal 6.5 biljuni fis-sena 2004) (5).
3. Fis-suq sar roħs fil-prezz tas-sigaretti u introdotti sigaretti ta´ markairħas.
Fis-sena 2004, is-sigaretti tal-marka b´roħs/ skont kellhom gwadann ta´ madwar 10% ġewwa l-Belġju(6) kif ukoll ġewwa r-Renju Unit(7). Is-sigaretti tal-marka li għandhom skont jagħmlu s-sigaretti stess irħas biex tixtrihom u b´hekk tinħalaq il-kompetizzjoni bejn il-prezzijiet tas-sigaretti. Fl-2005, imħabba din il-kompetizzjoni , is-sigaretti ta´marka internazzjonali kellhom iraħsu l-prezzijiet tagħhom ġewwa l-Ungerija u l-Belġju.
4. Il-kumpaniji tat-tabakk għamlu prezzijiet inventivi.
Fil-Ġermanja, biex ma jkunx hemm it-tielet żieda fuq pakkett tas-sigaretti fi inqas minn ta´ 18 –il xahar, il-kumpanija prinċipali li tipproduċi l-aktar sigaretti naqset l-ammont tas-sigaretti ġewwa il-pakkett minn 19 għal 17 f´Settembru 2005(8). Għalkemm it-taxxa żdiedet b´10%, il-prezz tal-pakkett naqqas, u b´hekk min ipejjep kellhu l-impressjoni li il-prezz tas-sigaretti kawsi ma nbidell xejn.
5. Żieda f´sigaretti foloz u ċans ta´ aktar kuntrabandu.
Fenomenu ġdid fl-Ewropa hu ta´ sigaretti foloz. Fl-2003, fir-Renju Unit, minn 25% sa 30% tas-suq illegali tas-sigaretti hu kollhu minli sigaretti foloz(9). Biex wieħed jagħmel stima ta´ dan il-kummerċ qarrieqi hu kemmxejn diffiċli, imma hu ċert li dan il-kummerċ ta´ sigaretti foloz qed dejjem jikber ġewwa x´uħud mill-pajjiżi tal-UE.
6. ‘Loopholes´ bħal ‘sticks´ u ‘singles´ Ġermaniżi.
Fit-tielet parti tas-sena 2005, l-industrija tal-biegħ tas-sigaretti fil-Ġermanja kellha nuqqas fil-biegħ tagħha ta´ 13% meta mqabbla ma´ sena ta´ qabel. Iż-żidied riċenti fil-prezzijiet kienu r-raġuni prinċipali għaliex kien hawn nuqqas fil-konsum tat-tabakk u l-bidu tat-tkabbir ta´ prodotti oħrajn tat-tabakk bħal ‘singles´ u sticks´ (intaxxati b´rata kemmxejn aktar favorevoli). Kumpaniji tat-tabakk ġewwa il-Ġermanja qed ibiegħu dawn il-prodotti tat-tabakk rumblat waħdiet li għandhom taxxa baxxa fuqhom u huma lesti bħas-sigarett – jisimhom ‘singles´ jew ‘sticks´ – u li għandhom ukoll tubi ta´ karti li jaqblu ma´ dawn l-stess prodotti b´nofs prezz ta´ sigarett normali, u b´hekk tieħu vantaġġ u tevita li tħallas it-taxxa ġewwa l-Ġermanja. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddikjarat fl´10 ta´ Novembru 2005 li din kienet kollha mezz ta´ kif wieħed jista´ jevita li jħallas it-taxxa ġewwa l-Ġermanja għalhekk din kienet illegali hu li l-‘sticks´ u is-‘singles´ għandhom jiġu klassifikati bħas-sigaretti l-oħrajn, u għalhekk għahandhom ikoolhom l-stess taxxi(10).
SOURCES
(1) European Commission, Excise Duty Tables, Part III Manufactured tobacco, July 2005. (2) World Bank. Tobacco control at a glance, Washington DC, 2003, www.worldbank.org/tobacco (3) http://www.inpes.sante.fr/30000/pfd/0402_synthese_tabac.pdf (4) Sales of Roll your tobacco in France were 7861 tonnes in 2004 or 12, 4% more than in 2003. Source: Revue de tabcs, Le marche´ francais du tabac en 2004, Fevier 2005, page 6. (5) Sales of cigarettes in Luxembourg were 4.777 cigarettes in 2002, 5.618 million in 2003, 6.475 million in 2004 and 5.204 million in 2005. source: UEBL. (6) Source: Retail 29 Januari 2005, page 29. (7) Source: Action on smoking and health, London, UK. (8) A pack of the leading cigarette brand in Germany was 4 euro for 19 cigarettes in August 2005 and 3,80 euro for 17 cigarettes in September 2005. The price per cigarette increased, but not the price per pack. (9) Source: Customs and Excise in London, UK. (10)http://curia.eu.int
CONTACT
Stephen D´Alessandro, D´Alessandro & Associates Ltd., 33/4, Triq Abate Rigord, Ta´Xbiex MSD 12 Tel: 21342704, 21318878 Fax: 21316694 e-mail office@tcin.com
Kummenti
“HELP – Għall-Ħajja Bla Tabakk”, hi kampanja imwaqfha mill-Kummissjoni Ewropea li xogħolha hu li tikkonvinċi lin-nies biex ma jibdewx ipejpu jew biex jieqfu mit-tipjip permezz tal-kamapanja ta´avviżi promozzjonali fuq it-televixin li ġew inxandra ġewwa il-25 Stat Membru tagħha kif ukoll permezz ta´attitvitajiet oħra promozzjonali.
Bħala parti mill-kampanja kontra t-tipjip li jisimha “HELP – Għall-Ħajja Bla Tabakk”,imwaqfha mill-Kummissjoni Ewropea, qed toħroġ ta´ spiss press releases biex b´hekk tkun tista´ iżżomm li media bl-aħħar informazzjoni rigward is-saħħa biex tkun tista´ tgħin, issaħħah u ttawwal l-attivitajiet ta´ din l-stess Kampanja “HELP”.
‘Press releases´ dokumenti, ‘logos´ u ritratti ta´ din il-kampanja ‘HELP´ jinsabu fil-websajt : www.help-eu.com.
- “Fl-ebda ċirkostanżi dawn l-idejat ma jistgħu jiġu meqjusa bħala l-idejat jew xi lin180uffiċċjali tal-Kummissjoni Ewropea” - Għall-aktar tagħrif b´referenzi xjentifiki jistgħu jinkisbu bla problemi hekk kif wieħed jagħmel it-talba tiegħu.
|
|
|
|
|
|
|
|
|