Pariri
Kif titgħallem kif tirrispetta lilek innifsek
   
Iffavorixxi ż-żoni fejn mhux permess it-tipjip
   
Kif tkun taf tiddjaloga
   
Ningħaqdu u nieħdu azzjoni
   
Kun konxju tal-periklu
   
 
+   Ħjiliet f’każ ta’ emerġenza!
 Kun konxju tal-periklu
It-tipjip passiv jibqa’ terminu vag ħafna f’għajnejn il-biċċa kbira tan-nies. Anke dawk li ma jpejpux m’humiex konxji ħafna tal-periklu li dan jirrappreżenta.

Ovvjament, id-duħħan u r-riħa tas-sigaretti jistgħu jdejquk, jaħarqulek għajnejk, jidħlu fid-drapp u l-ħwejjeġ; iżda barra dawn l-effetti viżibbli, is-sigarett jirrappreżenta theddida ġenwina, kemm għal dawk li jpejpu kif ukoll għal dawk ta’ madwarhom.

Barra l-fraġilità tat-trabi u tat-tfal quddiem it-tipjip, it-tipjip passiv jaffettwa lil kull grupp ta’ eta u lil kull livell tas-soċjetà.

Kull sena, madwar id-dinja, jiġu reġistrati eluf ta’ kanċrijiet u mwiet minħabba t-tipjip passiv; għalhekk, persuna li ma tpejjipx tista’ ssofri minn kanċer ta’ persuna li tpejjep!

Huwa li wieħed ikun perfettament konxju tal-periklu tat-tipjip passiv li nistgħu neliminawh.