|
 |
Kif tkun taf tiddjaloga |
|
It-tipjip huwa għażla personali li inti m’għandekx timponi fuq ħaddieħor. Iżda llum, permezz tal-ġlieda kontra t-tipjip, dawk li jpejpu ta’ spiss iħossuhom iżolati, imwarrba. Din l-impressjoni tista’ tkun sors ta’ kunflitt.
Tagħtihomx tort; kun af kif issib il-kliem u poġġi fuq quddiem lil saħħtek minflok kemm huwa perikoluż it-tabbak għal min ipejjep, xi ħaġa li huwa/hija jaf/taf tajjeb ħafna.
Dak li jpejjep m’għandux iħoss animożità mingħand il-persuna li qiegħed jitkellem magħha iżda minflok, għandu jħoss attenzjoni u fehim.
Tinsiex kemm huwa diffiċli għal dak li jpejjep sabiex jieħu d-deċiżjoni li jieqaf; minħabba li d-dipendenza fiżika u psikika hija ġenwinament preżenti kif ukoll qawwija ħafna iżda wkoll minħabba li l-waqfien mit-tipjip huwa mod kif tibda ħajja ġdida, waqt li ninnegaw li konna npejpu.
Għandek bżonn titgħallem tiddjaloga mal-persuna li tpejjep sabiex turiha r-realtà tat-tipjip passiv. Jekk huwa jħoss li qiegħed jiġi mismugħ, mifhum, appoġġjat, dak li jpejjep ser ikun aktar motivat sabiex jirrispetta lil dawk li ma jpejpux u fl-aħħar jieħu d-deċiżjoni li jieqaf.
Li tkun taf tisma’, issib il-kliem tajbin u li ma titfax it-tort fuq dak li jpejjep jistgħu jgħinu jnaqqsu l-kastig konsiderevoli tat-tipjip passiv. |
|
|