Pariri
Kif titgħallem kif tirrispetta lilek innifsek
   
Iffavorixxi ż-żoni fejn mhux permess it-tipjip
   
Kif tkun taf tiddjaloga
   
Ningħaqdu u nieħdu azzjoni
   
Kun konxju tal-periklu
   
 
+   Ħjiliet f’każ ta’ emerġenza!
 Iffavorixxi ż-żoni fejn mhux permess it-tipjip
Ħwienet tal-kafé, restoranti, diskoteki... Ġeneralment f’dawn il-postijiet dedikati għad-divertiment, attivitajiet ta’ gost, ta’ benesseri u għall-interazzjoni soċjali, il-liġijiet li jikkonċernaw it-tipjip rari huma rispettati.

Dawk li ma jpejpux m’għandhomx isofru mid-duħħan u jbatu r-riskji kollha kkawżati minn tipjip passiv.

Ċerti negozjanti u maniġers ta’ postijiet pubbliċi jibżgħu li jitilfu l-klijenti billi jiffavorixxu postijiet fejn mhux permess it-tipjip.Huma żbaljati għaliex in-numru ta’ dawk li ma jpejpux qiegħed jikber u jeżistu numru ta’ possibilitajiet biex jinqalbu l-postijiet pubbliċi.

Jekk idejjqek it-tipjip, teżitax milli titlaq minn ċerti postijiet u tmur f’oħrajn fejn diġa’ hemm kuxjenza tal-fenomenu li ma jsirx tipjip.Hemm disponibbli numru ta’ indirizzi u li qegħdin jiċċirkulaw faċilment. Jekk taf b’xi uħud, aqsamhom man-nies ta’ madwarek. Huwa ċans tajjeb biex tiskopri postijiet ġodda u nies ġodda mingħajr ma timtela bid-duħħan!

Billi tiffavorixxi postijiet fejn mhux permess it-tipjip, inti tevita duħħan passiv u tinkoraġġixxi lill-maniġers ta’ stabbilimenti pubbliċi sabiex jirrispettaw il-liġijiet u l-miżuri li hemm fis-seħħ.