Pariri
Il-motivazzjoni
   
L-ikel
   
L-eżerċizzju
   
L-għajnuna
   
Strateġija reali
   
 
+   Ħjiliet f’każ ta’ emergenza!
 Strateġija reali
Anke qabel tiddeċiedi dwar il-mument tajjeb sabiex tieqaf tpejjep, inti tkun waqqaft skema reali tal-konsum tiegħek tat-tabakk:
- F’liema mument tal-ġurnata ikollok l-aktar tentazzjoni?
- F’liema ħin tieħu l-ewwel sigarett tiegħek?
- Għaliex tpejjep u għaliex trid tieqaf?
Eċċ.

Niżżel dawn il-mistoqsijiet/it-tweġibiet kollha sabiex tkun taf eżatt x’inhi l-motivazzjoni tiegħek u l-mezzi li trid tuża sabiex tikseb l-għan tiegħek.Fl-ewwel ftit jiem, innota wkoll l-effetti ta’ benefiċċju kollha li tħoss: in-nifs, it-togħma u x-xamma, finanzi...

Perreċ u agħti tindifa sew liż-żoni li fihom kont tpejjep: dar, uffiċċju, karozza...

Neħħi minn quddiemek il-lajters, is-sulfarini, il-pakketti tas-sigaretti u r-ritratti li fihom hemm xi ħadd ipejjep (aktar u aktar jekk inti tidher fir-ritratt!)

Iżżommx pakketti tas-sigaretti f’riżerva f’kexxun iżda minflok żomm qrib tiegħek sostitut tan-nikotina li tużah biss f’każ ta’ emerġenza!

Innota l-ħjiliet kollha li jippermettulek tirreżisti għal xewqa li tpejjep u adattahom fil-mod ta’ ħajja tiegħek.Fuq kollox, ibqa’ viġilanti mingħajr qatt titfa’ l-ħtija fuqek!