|
 |
L-eżerċizzju |
|
Sabiex tieqaf tpejjep, ir-rieda mhux bilfors hija biżżejjed u għandek bżonn takkumpanjaha b’azzjonijiet konkreti oħrajn.
Approfitta minn din id-deċiżjoni billi tieħu reżoluzzjonijiet tajbin u żżommhom !
Il-prattika ta’ sport żgur ser tgħinek tinsa s-sigaretti.Hekk kif il-kapaċitajiet respiratorji tiegħek jitjiebu malajr billi taqta’ t-tipjip, ser tieħu gost terġa’ tiskopri s-sensazzjonijiet kollha ta’ attività sportiva.
Waħdek jew f’tim, fi klabb jew f’ġimm, l-isports huwa alleat effettiv ; mhux biss li l-attività fiżika ser tneħħi x-xewqa għan-nikotina, u tevitalek milli żżid fil-piż iżda fuq kollox ser tagħtik ċentru ta’ interess u attività li hija inkompatibbli mat-tipjip.
Sabiex ikun effettiv, trid tipprattika l-isport regolarment u żżommu. Iżda malajr isir mument reali ta’ benesseri... |
|
|