|
 |
L-ikel |
|
Iddeċidejt li tieqaf tpejjep. Iffisajt għalik sfida diffiċli li teħtieġ kuraġġ u ottimiżmu !L-aħjar mod sabiex tirnexxi huwa li tieqaf f’daqqa . Anke jekk dan jidher diffiċli, ir-riżultat ser ikun mgħaġġel u aktar konvinċenti.Fl- ewwel ftit jiem , ser tħossok verament aħjar .Sostitut għan-nikotina huwa aħjar milli tipprova tnaqqas bil-mod il-konsum tiegħek.
Attent, l-ikel jista’ jkun periklu reali . Żjieda fiżika fil-piż minħabba l-abbandun tas-sigaretti hija relattiva ħafna; madankollu għandek riskju li tikkompensa t-tabakk billi tiekol aktar u li taqa’ għall-ikliet ħfief. Oqgħod attent ...
Fi ftit jiem, minħabba li waqqaft it-tabakk, is-sensi ta’ togħma u xamm ser jirkupraw il-kapaċitajiet proprji tagħhom. Agħmel minn dan valur billi terġa’ tiskopri il-pjaċir ta’ l-ikel u partikolarment tal-ħaxix, billi tiekol ikel ibbilanċjat. Evita kemm jista’ jkun iċ-ċikkulata u l-kafé għax dawn iwasslu għal xewqa li tpejjep, kif ukoll il-prodotti kollha b’ammont għoli ta’ kaloriji u l-konsum ta’ l-alkoħol. Jekk hemm il-bżonn, teżitax milli tikkonsulta espert tad-dieta
Jekk għandek sintomi ta’ astinenza għan-nikotina u tixtieq li tpejjep sigarett, ħu tazza ilma, kul ftit frott, omgħod chewing gum jew ħelu bla zokkor. |
|
|