|
 |
Il-motivazzjoni |
|
Il-motivazzjoni hija l-kelma prinċipali biex tieqaf tpejjep.
Li tieqaf tpejjep hija sfida reali li qiegħed tagħmel lilek innifsek ; hija wkoll apprendistat reali li jeħtieġ li tkun taf lilek innifsek sew u li jkollok stima ġenwina fik innifsek .
Hekk kif tieħu d-deċiżjoni sabiex tieqaf tpejjep, studja sew d- drawwiet tiegħek ta’ ħajja u l-konsum tiegħek sabiex tifhem il-mumenti prinċipali tal-ġurnata meta sigarett jidher essenzjali.
Analizza l-motivi tiegħek u l-interessi li jirrappreżenta għalik l-abbandun tas-sigarett, imbagħad agħżel l- aktar mument favorevoli sabiex tibda. Attent, il-vaganzi forsi mhumiex il-perijodu ideali sabiex twaqqaf is-sigaretti għaliex l-istress ikkawżat mir-ritorn għax-xogħol huwa riskju maġġuri li terġa’ taqa’. |
|
|