Pariri
Issir taf lilek innifsek
   
Kif tinforma ruħek
   
Fixkel in-nasba
   
Kun af kif tirrilassa
   
Iffranka l-flus!
   
 
+   Pariri f’każ ta’ emerġenza!
 Iffranka l-flus!
Is-sigaretti jħajjruk; tgħir għal dawk ta’ madwarek li jpejpju anke jekk taf tajjeb dwar il-ħsara lis-saħħa.

Kull sena, il-kanċer u l-mard ikkawżat mit- tabakk jiswew lis-soċjetà ammont kbir ta’ flus biex tieħu ħsieb il-pazjenti u t-tkomplija tat-trattament tagħhom. Dawn il-flus minfuqin fuq dan huma tiegħek ukoll. Jintużaw biex jiġi miġġieled mard li jista’ jkun evitat jekk is-sigaretti kienu rrifjutati. Min ipejjep irid ikun konxju li minħabba fih, jitberbaq ammont kbir ta’ flus biex jiġu mgħejjuna nies li, bħalu, ma kienux jafu kif jgħidu LE għas-sigaretti .

La qegħdin nitkellmu fuq flus, dak li ma jpejjipx huwa r-rebbieħ! Qatt ħsibt dwarha din? Agħmel kalkolu malajr tan-numru ta’ sigaretti kkunsmati f’ġurnata u mmultiplikah bl-ispiża medja ta’ pakkett; malajr jaqtalek nifsek...

Billi tagħżel li ma tpejjipx, qiegħed tieħu ħsieb saħħtek u l-baġit tiegħek!