Pariri
Issir taf lilek innifsek
   
Kif tinforma ruħek
   
Fixkel in-nasba
   
Kun af kif tirrilassa
   
Iffranka l-flus!
   
 
+   Pariri f’każ ta’ emerġenza!
 Kun af kif tirrilassa
Ma tpejjipx imma xi kultant, meta tara lil sħabek jew lill-kollegi jiddiskutu bejniethom b’kafé u sigarett, tkun tixtieq tingħaqad magħhom...

Il- waqfa għas-“sigarett” , is-sigarett li tpejjep biex tirrilassa, biex tieħu waqfa bejn żewġ lezzjonijiet, żewġ laqgħat, huwa partikolarment ta’ periklu għaliex mhux konxju u awtomatiku; lanqas biss jikkorrispondi ma’ mument ta’ pjaċir iżda ma’ drawwa.L-aktar ħaġa importanti huwa li tkun taf kif tirrilassa mingħajr ma ddur għal kwalunkwe droga , u partikolarment għat-tipjip. Filwaqt li sħabek u l-kollegi jiltaqgħu għal sigarett, approfitta minn dan il-ħin biex tagħmel xi ħaġa “għalik biss”: aqra, agħmel telefonata, irranġa l-mejkapp, għamel xi eżerċizzji biex iċċaqlaq il-muskoli...

Is-sigarett ma jipprovdix benesseri jew rilassament. Huwa illużjoni. F’mument stressanti jew ta’ attività intensa, it-tipjip huwa essenzjalment ekwivalenti għal ħarba, filwaqt li min ma jpejjipx jaf verament kif jirrilassa mingħajr il-bżonn ta’ artifizju.