|
 |
Fixkel in-nasba |
|
Aktar ma tibda tpejjep żgħir/a, akbar il-konsum u l-vizzju. Jekk l- ewwel sigarett jikkorrispondi ma’ ġest soċjali, jista’ ukoll juri ċertu ansjetà , inkwiet li għadu ma nstabx.Xi kultant, partikolarment matul l-adoloxxenza, ma tħossokx ferħan fik innifsek, tibża’ mill-futur u ma tkunx kapaċi tistabbilixxi miri għalik innifsek. Fi kwalunkwe età, kull perijodu ta’ dubju jista’ jwassal għal xewqa li tinħeba wara droga ta’ kwalunkwe tip, inkuż it-tabakk.
Billi jkollok ċentri ta’ interess , attivitajiet u xogħlijiet regolari, inti tevita t-tentazzjoni biex tpejjep
Attività sportiva, kulturali jew intellettwali hija distrazzjoni eċċellenti kontra t-tabakk u hija tajba għall-integrazzjoni soċjali. Aktar ma jkollok moħħok miftuħ, aktar tħossok utli, u anqas tkun trid tpejjep.
Billi tiffissa objettivi tal-ħajja, billi jkollok ċentri ta’ interess varjati, ma tħossx il-bżonn li tkun ittantat mis-sigaretti. |
|
|