|
 |
Kif tinforma ruħek |
|
Xi kultant inti jkollok tentazzjoni sabiex tpejjep dak l-ewwel sigarett biex tiskopri s-sensazzjonijiet li jagħti t-tabakk, sabiex tkun taf jekk hux pjaċevoli bħalma jgħidu n-nies...
Twissija, id-dipendenza fuq it-tabakk hija mgħaġġla u sottili. Kull min ipejjep jgħidlek, li kieku jippreferu li qatt ma bdew!
Ir-riskji għal saħħtek huma reali u mgħaġġla. Is-sinjali tal-bidu huma viżibbli bħad-diffikultà ta’ erezzjoni jew it-tixjiħ prematur tal-ġilda.
Trid tkun taf aktar dwar il-perikli u l-effetti perikolużi tat-tabakk?
Informa ruħek! Numru ta’ pubblikazzjonijiet, siti ta’ l-internet istituzzjonali u ta’ assoċjazzjoni jagħtuk il-pariri neċessarji sabiex ma taqax fit-tentazzjoni ta’ dak l-ewwel sigarett.
Teżitax milli titkellem ma’ membri tal-ħbieb fil-qrib jew tal-familja tiegħek li jpejpju, li kienu jpejpu jew li qegħdin jippruvaw jieqfu. L-esperjenzi tan-nies l-oħra hija dejjem istruttiva.
Sabiex tipproteġi lilek innifsek mill-perikli tat-tabakk, sabiex tifhem aħjar f’hiex it-tabbakk huwa periklu reali, teżitax milli tinforma ruħek permezz ta’ links provduti f’dan is-sit.
Huwa billi tkun konxju tal-perikli tat-tipjip li tevita l-bżonn li tipprova qabel kollox! |
|
|