Pariri
Issir taf lilek innifsek
   
Kif tinforma ruħek
   
Fixkel in-nasba
   
Kun af kif tirrilassa
   
Iffranka l-flus!
   
 
+   Pariri f’każ ta’ emerġenza!
 Issir taf lilek innifsek
Inti ma tpejjipx. Inti taf li dan huwa perikoluż iżda tixtieq tipprova...

Tpejjep biex tkun bħall-oħrajn , sabiex ma tħossokx eskluż, sabiex turi li teżisti!U madankollu, meta taħseb fuqha, veru għandek bżonn sigarett f’idejk biex turi l-preżenza tiegħek, biex turi li għandek personalità vera?

Veru taħseb li t-tipjip se jbiddillek il-ħajja soċjali tiegħek? Ovvjament li le u dan inti tafu tajjeb ħafna.L-ewwel sigarett għandu togħma ta’ libertà għax għandek l-impressjoni li qiegħed/qiegħda tisfida xi ħaga li hija pprojbita meta fil-verità, qiegħed/qiegħda taqa’ f’vizzju moħbi.

Inti aktar tpejjep biex isserraħ rasek milli biex tħossok ħieles/ħielsa! Għaldaqstant, veru għandek bżonn sigarett biex “tkun xi ħadd”?...Billi ma taqax fin-nasba ta’ l-ewwel sigarett, turi li inti indipendenti, li għandek kunfidenza fik innifsek u li tixtieq tgħix ħajja b’saħħitha.

Għax għandek kunfidenza fik innifsek u għax inti uniku/a, taf li m’għandekx tagħmel bħal ħaddieħor u ma tinġibidx mit-tipjip.